Saturday, December 21, 2024

Stat ta’ emerġenza maġġuri f’Londra kawża tal-maltempata Eunice

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Id-Dipartiment tat-Tifi tan-Nar f’Londra ddikjara stat ta’ emerġenza maġġuri minħabba l-ammont ta’ telefonati li daħlu fuq il-linja telefonika tad-999 minħabba inċidenti relatati mal-maltempata Eunice.

Il-pumpiera kellhom ġurnata ferm impenjattiva hekk kif il-maltempata kkawżat irjieħ li jlaħħqu s-70 mil fis-siegħa.

Il-kamra tal-kontrolli hu stamt li ħadet mal-550 telefonata bejn l-10:30 a.m u s-1:00 p.m. Dan l-ammont ta’ telefonati jaqbeż ferm il-medja ta’ telefonati li jidħlu f’jum sħiħ.

L-irjieħ kkawżati mill-maltempata ħallew ħsarat estensivi fuq binjiet u vetturi. Kien hemm rapporti ta’ soqfa ta’ djar li spiċċaw biċċiet kawża tal-maltemp qalil li ħakem il-pajjiż.

Ekonomija

Sport