Monday, May 12, 2025

Statwa ta’ Cristiano Ronaldo tqajjem furur ġewwa l-Indja

Aqra wkoll

Statwa ta’ Cristiano Ronaldo ġewwa l-istat ta’ Goa fl-Indja wasslet għal rabja fost il-poplu hekk kif bosta kienu dawk li akkużaw lill-uffiċjali b’insensittività. Il-poplu wera li ma jaqbel xejn li l-pajjiż għażel li jonora stilla sportiva ġej minn pajjiż kolonjali. 

Fid-dawl ta’ dan, ftit tas-sigħat wara li nkixfet din l-istatwa, għadd ta’ dimostranti nġabru fiż-żona jxerju bnadar suwed. Huma esprimew ir-rabja tagħhom għall-fatt li atleti Indjani ġew totalment injorati u għażlu li jonoraw sportiv ġej mill-Portugall, liema pajjiż dam jaħkem lil Goa sas-sena 1961

Micky Fernandes, li huwa eks plejer internazzjonali tal-futbol minn Goa, qal li l-għażla tal-istatwa weġġgħet lil ħafna u ddeskriva dan bħala “hangover” tat-tmexxija Portugiża. Fernandez qal li, “Ronaldo huwa l-aħjar plejer fid-dinja iżda xorta jista’ jkollna statwa ta’ plejer tal-futbol ġej minn Goa.” 

Fid-dawl ta’ dan, il-Ministru Michael Lobo meta tkellem ma’ AFP qal li l-għan tal-istatwa huwa li tispira lill-ġenerazzjoni żagħżugħa biex dawn jaċċellaw mhux biss ġewwa l-Indja iżda anke internazzjonalment. 

Sport