Sunday, December 22, 2024

Stazzjon tal-aħbarijiet Ukren iħħekkjat … Zelensky jiċħad li l-Ukrajna se ċċedi l-armi

Aqra wkoll

Il-President Ukren Volodymyr Zelensky jinsisti li mhux veru illi huwa ddikjara li se jċedi din il-gwerra u li ħeġġeġ liċ-ċittadini Ukreni sabiex iċedu l-armi. Dan wara li dalgħodu ġie rrappurtat li l-Ukraine-24 ikkonfermat li l-istazzjon tal-aħbarijiet tagħhom ġie ħħekkjat. 

Bħala rispons għal dan l-attakk, Zelensky sostna li “L-unika nies li nista’ nitlob sabiex iċedu l-armi huma r-Russi”. Huwa ħeġġeġ lill-Ukreni sabiex ikomplu jiddefendu ruħhom kontra l-forzi Russi u saħaq li l-pjan tat-tmexxija Ukrena huwa li ma jitniżżlux l-armi qabel ma l-Ukrajna toħroġ rebbieħa.

Minkejja li hu maħsub illi r-Russja kienet il-moħħ wara dan l-attakk, għadu mhux ikkonfermat min hu responsabbli għal din l-azzjoni.

Ekonomija

Sport