Friday, November 15, 2024

Stefan Azzopardi, Nadine de Wilde jiksbu r-reħba fit-30 Malta International Challenge Marathon

Aqra wkoll

It-30 Edizzjoni tal-Malta International Challenge Marathon ġiet fi tmiemha l-Ħadd filgħodu fil-Qawra, meta l-aħħar stadju tal-avveniment mifrux fuq tlett ijiem ikkonkluda b’nofs maratona.

Il-korsa ta’ 21km kienet minsuġa f’varjetà ta’ terren, minn taħlita ta’ meded ċatti, veduti panoramiċi tal-baħar, u għoljiet weqfin li taw l-isfida mistennija lill-parteċipanti.

Filwaqt li l-ewwel jumejn kienu kkaratterizzati minn kundizzjonijiet tat-temp ħżiena – b’riħ ta’ forza 6 u xita qawwija – l-istadju finali wera li kien ferm aħjar bix-xemx tiddi għal ħafna mill-ħin.

B’distakk ta’ ftit sekondi bejn l-ewwel tlett atleti – Aaron Mifsud, Stefan Azzopardi u Christian Micallef – l-aħħar stadju it-tellieqa kienet ser tiddermina r-rebbieħ.

Aktar kmieni fit-tellieqa Azzopardi, li rritorna għat-tiġrijiet wara perjodu ta’ injury, u Micallef marru fuq quddiem fejn ipprovaw jżomm distakk fuq Mifsud. Fl-iktar parti iebsa tal-korsa, l-Għolja tal-Wardija, Micallef ħa l-vantaġġ b’Azzopardi eżatt warajh u Mifsud ftit passi warajhom. Dawn il-pjazzamenti nżammu sal-aħħar meta Micallef kien l-ewwel li temm in-nofs maratona. Fit-tieni u t-tielet post spiċċaw Azzopardi u Mifsud rispettivament.

Is-sekondi kumulattivi minn kull stadju kellhom rwol kruċjali fil-ħinijiet ġenerali li rriżultaw f’Azzopardi jieħu r-rebħa. Fit-tieni post kien Aaron Mifsud, filwaqt li Christian Micallef ikkompleta l-podju tal-irġiel.

Intant, fit-tellieqa tan-nisa, Nadine de Wilde kompliet tagħti prestazzjoni determinata mmirata lejn l-ewwel post fuq il-podju. De Wilde kellha prestazzjoni konsistenti. Hi tilfet ir-rebħa tal-ewwel stadju wara li ħadet dawra ħażina fl-aħħar parti tal-korsa. Rebħa fit-tieni stadju poġġitha fuq il-possibiltà ta’ rebħa ġenerali. u distakk ta’ kważi tliet minuti fuq Caroline Ciappara li tinsab fit-tieni post. Fit-tielet post kienet Clara Attard. It-tliet nisa kienu dehru b’mod konsistenti fuq kull podju tat-tellieqa u kienu favoriti biex jieħdu posthom fuq il-podju tal-klassifika ġenerali

Il-Malta International Challenge Marathon laqgħet ukoll għadd ta’ atleti barranin li ġejjin mill-Olanda, l-Estonja, l-Afrika t’Isfel u l-Kanada.

It-trofej ġew ippreżentati lir-rebbieħa fi tmiem l-avveniment fil-preżenza tal-President tal-Club Ray Grech u l-uffiċjali Joseph Farrugia u l-Fundatur tar-Race Barry Whitmore.

“Iċ-Challenge mhix biss maratona; hija tlett ijiem mimlija sfidi iżda wkoll ħbiberiji.  Maratona mifruxa fuq tlett tijiem tintroduċi sett distintiv ta’ sfidi, li jikkompeti mal-intensità ta’ maratona f’ ġurnata waħda. Madankollu, dak li jiddistingwi ċ-Challenge huwa l-opportunita li tipprovdi lill-atleti biex joħolqu konnessjonijiet dejjiema. Ix-xhieda ta’ l-atleti jieqfu fit-tul wara li spiċċaw, jaqsmu l-istejjer u l-esperjenzi, hu eżempju tar-rabta unika maħluqa fuq il-korsa. Aħna kburin ħafna bihom kollha! “ ikkummenta Ray Grech, President Birkirkara St Joseph Sports Club.

Is-Segretarju tal-Klabb,  Euchar Camilleri esprima s-sodisfazzjon tiegħu għall-eżitu ta’ din l-edizzjoni u rringrazzja lil dawk kollha involuti b’mod partikolari lill-Kunsilli Lokali tas-Siġġiewi, Wied il-Għajn u San Pawl il-Baħar, lill-LESA, lill-uffiċjali tat-tellieqa u lill-marshalls.

L-avveniment finali għall-Kalendarju tat-Tlielaq tal-klabb għal din is-sena se jsir fit-13 ta’ Diċembru, meta se jospita t-Tlielaq tal-Eurosport Fleur-de-Lys. Ir-reġistrazzjoni hija miftuħa online fuq https://bsj.mt/event/2023-bsj-fleur-de-lys-road-races/

Klassifika Ġeneralo

 IrġielNisa
1stStefan Azzopardi (2:25:29)Nadine de Wilde (3:16:23)
2ndAaron Mifsud (2:25:43)Caroline Ciappara (3:19:08)
3rdChristian Micallef (2:25:55)Clara Attard (3:24:35)

Trofej Gruppi tal-Eta

 IrġielNisa
Over 30  
1stMatthew XuerebMarquita Muscat
2ndImed Ben MoussaJustine Scicluna
3rdAntoine VassalloAntonella Cachia
   
Over 40  
1stDarran AgiusKulli Kaldma
2ndAntoine AbelaLy Pajur
3rdMichael HughesEsther Keulers
   
Over 50  
1stJonathan BalzanMonique Lanz
2ndRichard GaleaJosianne Cilia Mumford
3rdLawrence GrechBrigitte Calascione
   
Over 60  
1stWil LootsDoreen Polidano
2ndPeter Perotti 
   
Over 70  
1stJohn Crossley 
Ekonomija

Sport