Thursday, August 7, 2025

Stefan Giglio jingħaqad ma’ Valletta FC bħala Viċi Kap għat-Timijiet Kompetittivi

Aqra wkoll

Stefan Giglio ingħaqad ma’ Valletta FC bħala l-Viċi Kap għat-Timijiet Kompetittivi, fejn se jkun qed jappoġġja lis-Sur Alessandro Piscina fit-twaqqif tal-programm Gen V. Prodott ta’ Valletta FC, Stefan iddistingwa ruħu kemm bħala plejer tal-klabb kif ukoll bħala plejer tat-tim nazzjonali malti.

Wara li rebaħ bosta unuri ma’ Valletta FC matul il-karriera tiegħu bħala plejer u wkoll wara li kellu suċċess fil-livell internazzjonali tal-klabbs, Stefan issa jġib il-mentalità rebbieħa tiegħu u l-għarfien profond tal-klabb fil-programm GenV ta’ Valletta FC. Stefan se jiffoka fuq il-mentoring tal-ġenerazzjoni li jmiss tal-klabb, l-iżvilupp tal-għarfien tattiku, it-tisħiħ tal-ħiliet tekniċi, u t-trawwim tal-kultura rebbieħa li tiddefinixxi lil Valletta FC fil-plejers żgħażagħ tagħhom.

Il-ħatra ta’ Stefan issaħħaħ l-impenn ta’ Valletta FC li jrawmu talent lokali permezz ta’ tmexxija b’esperjenza. L-għarfien tiegħu kemm tal-valuri tal-klabb kif ukoll tal-iżvilupp tal-futbol modern se jkun strumentali biex jiggwida lit-timijiet kompetittivi tal-Beltin lejn suċċess futur.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport