Fil-profil soċjali tagħha fuq Twitter, id-difensur Olandiża ta’ Inter, Stefanie Van der Gragt, ħabbret li se tirtira mil-logħba tal-futbol fl-aħħar ta’ dan l-istaġun.
Diversi partitarji Nerazzurri rringrazzjawha tas-servizz li tat lill-klabb tul dawn disa’ xhur kemm ilha mat-tim.
Der Gragt qalet li issa hi għandha 30 sena u xtaqet tibda stil ta’ ħajja ġdida. Hi għandha esperjenza vasta fil-qasam tal-futbol internazzjonali hekk kif libset il-flokkijiet ta’ AZ, Telstar, Twente, Bayern Munich, Ajax, Barcelona u l-istess Inter.