Il-kowċ Taljan Stefano Pioli hu ferm viċin li jmexxi lil Al Nassr mill-Arabja Sawdija hekk kif id-diriġenti ta’ dan il-klabb huma lesti li jkeċċu lill-kowċ Luis Castro
Pioli kien ferm viċin li jinħatar kowċ ta’ Al Ittihad fis-Saudi Pro League iżda għal xi raġuni jew oħra, dan it-trasferiment ma seħħx. Madankollu issa din ix-xewqa taf issir realta’.
Al Nassr, li magħhom għandhom lil Cristiano Ronaldo, se jilagħbu kontra Al Ahly u jekk ma jkunx hemm riżultat pożittiv, Castro jitwarrab biex minfloku jilħaq l-eks kowċ ta’ Palermo, Bologna, Lazio, Inter, Fiorentina u Milan fejn ma’ dawn tal-aħħar rebaħ ukoll il-kampjonat.