Friday, November 15, 2024

Stefano Sanderra huwa l-coach tax-xahar għal April u Mejju

Aqra wkoll

Il-coach ta’ Hibernians, Stefano Sanderra, rebaħ il-premju tal-Motors Inc. Coach tax-xahar għal April u Mejju wara li mexxa lit-team tiegħu għat-13-il titlu fl-istorja illustri tagħhom.

F’April/Mejju, kien hemm ħames logħbiet b’kollox għal Hibernians fil-kompetizzjonijiet kollha b’Sanderra fit-tmexxija tal-club.

Huma lagħbu tliet logħbiet fil-Premier League fejn rebħu tnejn u ġew draw waħda, biżżejjed biex jassiguraw il-punti meħtieġa biex jirbħu t-titlu meritatament.

Fl-istess perjodu, intlagħbu żewġ logħbiet tal-FA Trophy wkoll għall-Pawlisti, hekk kif irreġistraw rebħa fil-ħin barrani fuq Hamrun Spartans, qabel tilfu fis-semi kontra r-rebbieħa tal-FA Trophy, Floriana.

Dejjem umli u kompost, Stefano Sanderra jispikka fil-mod kif jipprepara lit-team tiegħu tattikament, fiżikament u mentalment għal kull partita.

Wilfred Camilleri li huwa l-Motors Inc Marketing Manager ippreżenta t-trofew ta’ Motors Inc Coach tax-Xahar għal April/Mejju 2022 lill-coach Sanderra li għażel lil Puttinu Cares biex tibbenefika mid-donazzjoni assoċjata ma’ dan il-premju.

Imwaqqfa fl-2016, Motors Inc. Limited hija d-distributur uffiċjali tal-Jeep, il-marka emblematika rikonoxxuta mad-dinja kollha. Motors Inc. Limited hija wkoll id-distributur lokali ta’ Kia, Alfa Romeo, Fiat, Iveco, Abarth, u Hyundai.

Ekonomija

Sport