Friday, December 13, 2024

Stennija għal Festa Frawli fl-Imġarr

Aqra wkoll

Wara sentejn ta’ pandemija, issa li komplew jitnaqqsu r-restrizzjonijiet tal-Covid-19, huma bosta dawk li qed jistennew bi ħġarhom li jasal il-Ħadd 24 ta’ April sabiex jattendu għall-festival annwali tal-Festa Frawli. 

Dan il-festival se jsir l-Imġarr bejn l-10:00 a.m u l-5:00 p.m u kull min jattendi se jkun jkollu l-opportunità li jixtri frawli frisk miġjub mill-bdiewa nnifishom dakinhar stess. Barra minn hekk se jkun hemm għażla vasta ta’ prodotti għall-bejgħ magħmulin mill-frawli frisk tal-Imġarr, li jvarjaw minn deżerti, ikel u xorb, fosthom inbid tal-frawli u ġamm.

Apparti dan, se jkun hemm esebizzjoni ta’ xogħliiet magħmulin bl-idejn kif ukoll artisti Maltin li se jkuu qed joffru spettaklu.

Matul il-jum tal-Festa Frawli, il-pubbliku se jingħata ċ-ċans li jżur Ta’ Ħaġrat u Skorba. Il-biljetti se jkunu qed jinbiegħu dakinhar stess għall-prezz ta’ €3.00 u kull biljett jintitolak li żżur iż-żewġ postijiet. Barra minn hekk, se jkunu qed isiru tours bil-Malti u bl-Ingliż f’Ta’ Ħaġrat. Il-ħinijiet huma mid-9:30 a.m sas-2:30 p.m u mhux se jkunu qed jittieħdu bookings għax il-postijiet huma limitati.

Din l-attività qed tiġi organizzata mill-Kunsill Lokali tal-Imġarr u mill-‘Kummissjoni Lejla Mġarrija’ bil-għajnuna ta’ mijiet ta’ voluntieri.

Ekonomija

Sport