Tard ilbieraħ filgħaxija ntemm il-ġuri dwar l-omiċidju ta’ Neville Baldacchinoli li kien seħħ fis-19 ta’ Diċembru 2008 f’Ħal Qormi.
L-akkużat Stephen Caruana missier ta’ erbat itfal ta’ 45 sena minn Ħal Qormi ġie kundannat sentenza sospiża għall-qtil tas-sieħeb ta’ martu wara li l-ġurati qiesu li r-reat kien skużabbli għax aġixxa biex jiddefendi lilu nnifsu.
Il-każ kien żvolġa fid-dar tal-akkużat, għall-ħabta tas-1.00am, wara li martu kellha relazzjoni mal-vittma fl-istess residenza. L-akkużat kien sema xi passi u qam. Kien qabad is-senter, ikkargah u tela’ fis-sular ta’ fuq fejn spara u qatel lil Baldacchino
Il-ġurati ħarġu bil-verdett għall-ħabta tal-10.30pm, wara 9 sigħat li ntbagħtu jiddeliberaw.
Huma sabu lil Stephen Caruana ħati bi 8 voti favur u wieħed kontra għat-tliet kapi ta’ akkuża: l-omiċidju volontarju ta’ Neville Baldacchino; li wettaq delitt kontra persuna bl-użu ta’ arma tan-nar; u li spara arma tan-nar fl-abitat.
L-Imħallef Scerri Herrera fis-sentenza qalet li wara li kkunsidrat li d-delitt seħħ 18-il sena ilu, u rat il-verdett tal-ġurati, kkundannat lil Stephen Caruana sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin u multa ta’ €3,000 għall-aħħar żewġ akkużi; li wettaq delitt kontra persuna bl-użu ta’ arma tan-nar; u li spara arma tan-nar fl-abitat. L-Imħallef ordnat ukoll li l-liċenzji li l-akkużat għandu relatati ma’ armi tan-nar jiġu sospiżi għal 5 snin u ordnatlju jħallas €10,600 spejjeż tal-qorti.
il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Avukati Francesco Refalo u Shelby Aquilina mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali/ L-akkużat kellu jiddefenduh lill-Avukati Giannella de Marco u Charles Mercieca, waqt li l-Avukati Edward Gatt u Mark Vassallo dehru għall-familja tal-vittma

