Tuesday, November 4, 2025

Stephen u Carmen, koppja żagħżugħa… Id-dħul mill-impjieg tagħhom se jiżdied b’€797

Aqra wkoll

Stephen u Carmen, koppja żagħżugħa mpjegati b’paga minima b’żewġt itfal. Id-dħul mill-impjieg tagħhom se jiżdied b’€797 bħal riżultat taż-żieda fil-paga għall-għoli tal-ħajja u żieda addizzjonali fil-paga ta’ €3 fil-ġimgħa skont il-ftehim milħuq mill-imsieħba soċjali biex tiżdied il-paga minima nazzjonali.

Mit-titjib fl-allowance u s-suppliment tat-tfal huma se jgawdu minn żieda ta’ €834 u se jieħdu żieda oħra ta’ €150 fir-rata tal-Inwork Benefit.

Barra minnhekk f’Diċembru se jitħallsu l-ewwel pagament tal-bonus addizzjonali kontra l-għoli tal-ħajja, li b’kollox se jkun ta’ €1,453.

Għalhekk id-dħul globali tagħhom miż-żidiet li jkunu ntitolati għalihom u l-bonus addizzjonali se jkun ta’ €3,234.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport