Il-manager ta’ Newcastle United Steve Bruce se jkun meħlus mid-dmirijiet tiegħu l-ġimgħa d-dieħla.
Il-futur tal-manager ta’ 60 sena kien mimli inċertezza minn meta sar it-teħid tal-club minn konsorzju mill-Arabja Sawdija, u dan l-aħħar ammetta li beża’ li potenzjalment jitlef ix-xogħol.
Il-ftehim eżistenti ta’ Bruce mal-Magpies għandu jiskadi fi tmiem l-istaġun kurrenti, u l-manager kiseb 29 rebħa minn 96 logħba responsabbli mill-club hekk kif Newcastle jinsabu fid-19-il post fil-klassifika tal-Premier League wara seba’ logħbiet dan l-istaġun.
Is-sidien il-ġodda ta’ Newcastle ddeċidew li hemm bżonn ta’ demm frisk fit-tmexxija tal-club, u Bruce se jitkeċċa mill-club il-ġimgħa d-dieħla.
Newcastle diġà rċevew offerti ‘diversi’ fuq ir-rwol ta’ manager, bi Graeme Jones lest li jieħu l-kariga ta’ caretaker coach waqt li l-club ikun qed ifittex suċċessur fit-tul għal Bruce.
Antonio Conte kien oriġinarjament irrappurtat bħala l-favorit li jieħu f’idejh iżda qal li m’għandux interess fir-rwol, filwaqt li Graham Potter, Frank Lampard u Steven Gerrard ukoll issemmew li jistgħu jieħdu dan ir-rwol.