Sunday, November 3, 2024

Steve D’Amato coach ġdid ta’ Swieqi United

Aqra wkoll

Il-club tal-BOV Challenge League Swieqi United ħatru lill-coach Steve D’Amato bħala l-coach il-ġdid tagħhom fejn iffirma kuntratt ta’ sentejn mal-club.

D’Amato, li r-rwol tiegħu huwa l-Head Coach tal-Iskwadra tal-Irġiel, se jġib ħafna esperjenza hekk kif se jsir il-ħames coach li jieħu f’idejh lil Swieqi mill-bidu tagħhom fl-2009.

Matul il-karriera tiegħu ta’ coach, D’Amato kien responsabbli ta’ diversi clubs lokali fosthom Hamrun Spartans, Tarxien Rainbows u Sirens.

“Filwaqt li nirringrazzja lill-club u lill-kumitat tal-fiduċja tagħhom fija, nistenna bil-ħerqa l-istaġun li ġej u nilħaq l-għanijiet u l-ambizzjonijiet tas-Swieqi,” qal D’Amato lill-mezzi uffiċjali tal-klabb.

“Fil-coach Steve D’Amato, nemmnu li t-tmexxija tal-iskwadra tal-kbar tinsab f’idejn sodi u ta’ esperjenza,” qal il-president tal-club Dr Justin Fenech.

“B’ħidma id f’id mad-Direttur Tekniku u l-istruttura tal-coaching tagħna, il-coach D’Amato għandu l-għan li jirfina l-iskwadra b’taħlita tajba ta’ esperjenza u players żgħażagħ – dejjem iħalli l-bieb miftuħ għall-players ġodda żgħażagħ biex jagħmluha mat-team tal-kbar jekk juru li huma lesti. ”.

L-istaġun li għadda, Swieqi spiċċaw fit-tmien post fiċ-Challenge League li kien kompost minn 11-il team – Grupp B b’24 punt f’20 logħba.

Sport