Il-plejer ta’ Ajax Amsterdam Steven Berghuis xejn ma ġietu tajba hekk kif ġie sospiż ħames logħbiet li se jkun qed jiskontahom fil-bidu tal-istaġun il-ġdid fl-Eredivisie Olandiża.
Berghuis kien aggredixxa partitarju ta’ Twente Enschede fi tmiem il-logħba mill-kampjonat Olandiż minflok mar biex jikkalma s-sitwazzjoni li kienet diġa’ konfuża.
Berghuis weħel tliet partiti għal dak il-ġest u tnejn oħra talli qala’ l-ħames karta safra staġjonali.