Friday, November 22, 2024

Steven Gerrard pożittiv għal Covid-19

Aqra wkoll

Il-manager ta’ Aston Villa Steven Gerrard se jitlef iż-żewġ logħbiet tal-Premier League li jmiss wara li rriżulta pożittiv għal Covid-19.

Gerrard se jitlef il-logħba ta’ Boxing Day tal-Ħadd kontra Chelsea, f’Villa Park, u l-vjaġġ tat-Tlieta lejn Leeds United.

Din hija t-tieni darba f’dan l-istaġun li Gerrard ġie ttestjat pożittiv għal Covid-19.

Il-coach ta’ 41 sena kien sfurzat jiżola ruħu aktar kmieni din is-sena matul iż-żmien tiegħu bħala manager ta’ Rangers fejn tilef il-partiti kontra Alashkert u Celtic.

Villa kienu sfurzati jipposponu l-logħba tagħhom kontra Burnley is-Sibt li għadda minħabba tifqigħa tal-virus fil-club.

Erba’ logħbiet tal-Premier League diġá twaqqfu l-Ħadd, bil-logħba ta’ Liverpool f’darhom kontra Leeds, il-vjaġġ ta’ Watford lejn il-Wolves, l-logħba ta’ Burnley kontra Everton u dik ta’ Tottenham kontra Crystal Palace li  ntlaqtu ħażin mill-virus.

Il-partita kontra Chelsea f’Villa Park hija waħda mill-ħames logħbiet tal-Premier League li għadhom skedati biex jintlagħbu.

Gerrard qatta’ tliet snin bħala manager ta’ Rangers qabel ma mar fil-Villa fil-11 ta’ Novembru biex jieħu post Dean Smith li tkeċċa wara sensiela ta’ ħames telfiet.

Minn dakinhar Villa rebħu erbgħa mis-sitt logħbiet tagħhom fil-Premier League, biż-żewġ telfiet jaslu kontra Manchester City u l-ex club tiegħu Liverpool.

Stqarrija maħruġa mill-club qalet: “Aston Villa jistgħu jikkonfermaw li l-manager Steven Gerrard mhux se jkun jista’ jattendi ż-żewġ logħbiet tagħna tal-Premier League li jmiss kontra Chelsea u Leeds United peress li se jkun qed jiżola ruħu wara li jkun ittestja pożittiv għal Covid-19.”

Sport