Thursday, October 3, 2024

Stewart Davies maħtur bħala l-kaptan il-ġdid tar-Royal Malta Golf Club

Aqra wkoll

Ir-Royal Malta Golf Club ħatar lil Stewart Davies bħala l-kaptan il-ġdid tagħha sabiex hu se jkun fit-tmexxija għall-istaġun 2024/25 u se jieħu post Jay Jay Micallef. Davies inħatar bħala kaptan tar-Royal Malta Golf Club f’attivita’ soċjali li saret riċentement.

Davies għandu 58 sena u ilu membru tar-Royal Malta Golf Club għal dawn l-aħħar seba’ snin. Ilu jilgħab golf għal dawn l-aħħar 40 sena fejn fil-passat kien ukoll jipprattika dan l-isport f’Isle of Man u fl-Ingilterra.

Fl-ewwel kummenti tiegħu, Davies qal li se jkun qed ikompli fuq il-passi tal-predeċessuri tiegħu f’mod partikolari r-riġenerazzjoni tal-korsa tal-golf tal-Marsa. Barra minn hekk hu se jara li jkun hemm aktar nies li jitħajru jaqbdu dan l-isport apparti li jkun hemm żieda fil-plejer femminili.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport