Saturday, December 14, 2024

STĦARRIĠ (3): Aktar minn 80 fil-mija jqisu l-Malti bħala l-lingwa primarja tagħhom

Stħarriġ ta’ Dr Vincent Marmarà dwar “l-Istat tan-Nazzjon”

Aqra wkoll

L-istħarriġ ta’ Dr Vincent Marmara sab ukoll li kien hemm żieda f’dawk li qalu li huma jħossuhom jagħmlu parti mill-Ewropa. L-avvenimenti li qed jiġru madwarna, speċjalment il-gwerra fl-Ukrajna jistgħu jkunu l-kawża għalfejn in-nies qed iħossuhom aktar parti mill-Ewropa.

Aktar minn 55% qalu li jħossuhom li jagħmlu parti l-aktar minn Malta kollha. Ftit aktar minn 20% tan-nies iħossuhom jagħmlu parti l-aktar mar-raħal jew belt fejn joqogħdu. L-Għawdxin huma l-aktar li jqisu ruħhom bħala abitanti tar-raħal jew belt fejn joqogħdu (31.8%).

Meta n-nies ġew mistoqsija jekk jixtiqux li twieldu f’pajjiż ieħor, 80.1% wieġbu li le filwaqt li dawk li wieġbu iva kienu jammontaw għal 12.6%. Min-naħa l-oħra, 81.6% qalu li jqisu lMalti bħala l-lingwa primarja tagħhom filwaqt li 1.6% qalu l-Ingliż. 16% iqisu kemm l-Ingliż u l-Malti bħala l-lingwa primarja tagħhom.

Ekonomija

Sport