Friday, December 13, 2024

STĦARRIĠ (4): Kemm hi importanti l-politika Maltija għan-nies?

Stħarriġ ta’ Dr Vincent Marmarà dwar “l-Istat tan-Nazzjon”

Aqra wkoll

Dr Marmarà fl-istħarriġ tiegħu spjega li kien hemm tnaqqis fost dawk li qalu li l-politika hi importanti ħafna f’ħajjithom (48.3% fl-2021 u 37.9% fl-2022). 

Barra minn hekk, kien hemm aktar nies mis-sena l-oħra li qalu li l-politika ma tinteressahom xejn (12.9% fl-2021 u 21.9% fl-2022). Dr Marmarà qal li waħda mir-raġunijiet għal din il-bidla hi li għadna kif ħriġna minn elezzjoni ġenerali. Qal ukoll li l-irġiel jagħtu aktar importanza min-nisa lill-politika Maltija.

Fil-futur, inqas minn nofs il-Maltin ma jikkunsidrawx li jvvutaw għal partit ieħor (45.3%) Huma ftit iktar minn 30% tan-nies li jikkunsidraw li jivvutaw partit differenti fil-futur. Iż-żgħażagħ ta’ bejn il-25 u l-35 sena huma l-aktar li jikkunsidraw partit differenti. 

Ekonomija

Sport