Monday, May 13, 2024

STĦARRIĠ: Il-PL b’distakk ta’ 13.6% fuq il-PN

Aqra wkoll

Stħarriġ ikkummissjonat minn IT-TORĊA u li sar mill-istatistiku Dott. Vincent Marmarà, juri li kieku kellha ssir elezzjoni ġenerali għada, il-Partit Laburista jikseb 56.0%  tal-fiduċja tal-elettorat, waqt li l-Partit Nazzjonalista jikseb 42.4%. L-ADPD jew partiti oħra għandhom l-appoġġ ta’ 1.6% tal-elettorat. Dr Marmarà spjega li huwa jasal għal dan ir-riżultat meta japplika l-Multiple Imputation Technique, jiġifieri sostituzzjoni xjentifika għal dawk li jirrifjutaw li jwieġbu jew jgħidu li huma indeċiżi dwar lil min ser jagħtu l-vot tagħhom. 

Meta r-riżultat ta’ dan l-isħarriġ li sar bejn id-28 ta’ Jannar u t-2 ta’ Frar jitqabbel mar-riżultat tal-elezzjoni ġenerali tal-2017, wieħed jinnota żieda ta’ 1.0% għall-Partit Laburista, tnaqqis ta’ 1.3% għall-Partit Nazzjonalista u żieda ta’ 0.3% għall-ADPD jew oħrajn. 

Sport