Saturday, December 28, 2024

Stħarriġ ipoġġi lil Bernard Grech bl-inqas livell ta’ fiduċja minn Settembru ’l hawn

Aqra wkoll

Fi stħarriġ li kien ippubblikat illum, il-Kap ġdid Nazzjonalista Bernard Grech irreġistra l-inqas livell ta’ fiduċja minn Settembru li għadda ’l hawn.

Survey li kien ippubblikat minn MaltaToday jindika li Grech irreġistra trust rating ta’ 30.1%, tnaqqis ta’ 1.4% mix-xahar li għadda. Fl-istess waqt il-Prim Ministru Robert Abela ra tnaqqis fit-trust rating tiegħu ta’ 1.6% għal 46.8%.

Dan ifisser li d-distakk bejn il-mexxejja politiċi huwa ta’ 16.7%, filwaqt li x-xahar li għadda d-distakk kien ta’ 16.9%.

B’kuntrast mal-eks mexxej Nazzjonalista Adrian Delia, Grech irnexxielu jżomm t-trust level tiegħu fuq it-30%, livell li Delia qatt ma kiseb.

Ekonomija

Sport