Saturday, December 21, 2024

Stħarriġ juri fiduċja kbira f’Robert Abela – Grech bit-tieni l-agħar riżultat mindu sar Kap tal-PN

Aqra wkoll

Il-fiduċja kbira li n-nies għandhom fil-Prim Ministru Robert Abela kompliet tidher biċ-ċar hekk kif stħarriġ ippubblikat fuq il-gazzetta Maltatoday wera li Abela huwa fdat 49.2% fost dawk li ħadu sehem f’dan l-istħarriġ.

Minn naħa l-oħra, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech huwa fdat 25.9%. Dan ifisser distakk ta’ iktar minn 23% bejn iż-żewġ mexxejja tal-partiti politiċi, żieda ta’ 1.3% fuq l-aħħar sħarriġ. 

Dan l-istħarriġ juri li Grech kiseb it-tieni l-agħar riżultat mindu laħaq Kap tal-PN. 

L-istħarriġ, li sar bejn l-aħħar jiem tax-xahar li għadda u l-ewwel jiem ta’ dan ix-xahar, ikompli juri d-distakk bejn iż-żewġ partiti. Dan hekk kif meta n-nies li ħadu sehem f’dan l-isħarriġ ġew mistoqsija lil min jivvutaw jekk kellha ssir elezzjoni għada, 27.3% għażlu lill-PN filwaqt li 43.2% għażlu lill-PL. Skont l-istess sħarriġ id-differenza bejn iż-żewġ partiti hija ta’ 50,000 vot.

Ekonomija

Sport