Thursday, December 26, 2024

Stħarriġ juri li Amerikani belgħu u ggargarizzaw bi bleach biex jilqgħu kontra l-coronavirus

Aqra wkoll

Rapport ġdid ippubblikat miċ-Ċentru Amerikan għall-Kontroll u l-Prevenzjoni tal-Mard jindika diversi istanzi fejn Amerikani kkunsmaw diżinfettanti li jintużaw fit-tindif tad-djar, fosthom bleach, minħabba li jemmnu li dawn il-prattiċi jservu bħala prevenzjoni kontra l-coronavirus.

L-istudju, li kien ippubblikat mis-CDC nhar il-Ġimgħa li għadda, esplora l-għarfien tal-502 parteċipant dwar l-użu ta’ diżinfettanti, u fost oħrajn staqsew kif kienu qed jagħmlu użu minn dawn il-prodotti kontra l-pandemija li s’issa qatlet aktar minn 110,000 Amerikan.

Ir-rapport emfasizza li l-prattiċi ta’ konsum ta’ dawn il-prodotti huma ta’ riskju kbir għas-saħħa tal-bniedem.

Tħassib dwar il-konsum ta’ prodotti ta’ diżinfettant qamu wara li l-President Donald Trump spekula li l-użu ta’ diżinfettanti permezz ta’ “injezzjoni” fost oħrajn jista’ xi darba jibda jintuża biex inaddaf il-pulmun ta’ persuni infettati bil-Covid-19.

Skont is-CDC, mir-rapport irriżulta li 4% tal-parteċipanti ammettew li kienu xorbu jew iggargarizzaw diżinfettanti, fosthom bleach.

Dan filwaqt li 18% minnhom qalu li użaw dawn il-prodotti biex inaddfu l-ġilda tagħhom, b’10% jgħidu li xammew il-prodotti tossiċi.

Ekonomija

Sport