Wednesday, December 25, 2024

Stħarriġ juri li Macron se jirbaħ l-elezzjoni Presidenzjali Franċiża

Aqra wkoll

… Le Pen għamlet kisbiet sostanzjali fl-aħħar ġimgħat

Stħarriġ li sar dwar it-tellieqa presidenzjali ta’ Franza qiegħed jindika li l-President attwali Emmanuel Macon qiegħed igawdi vantaġġ fuq Marine Le Pen. Dan is-sondaġġ juri iżda li Le Pen għamlet kisbiet sostanzjali fl-aħħar ġimgħat, u dan hekk kif issa l-elezzjonijiet tinsab qrib ħafna.

Is-sondaġġ juri li Macon mistenni li jkun qiegħed jir­baħ l-ewwel rawnd tal-vo­tazzjoni li se jsir fl-10 ta’ April, u dan b’26.5% tal-voti għal Macron versu 21.5% għal Le Pen. Meta wieħed iqabbel dan l-isħarriġ ma’ dak li kien sar f’Marzu jsib li Le Pen għamlet kisbiet sostanzjali. Dakinhar is-sondaġġ wera li Macron se jikseb 28% filwaqt li Le Pen se tikseb 17.5%.

Dan l-aħħar stħarriġ jissuġġerixxi wkoll li Macron se jkun qiegħed jirbaħ fuq Le Pen fit-tieni rawnd ta’ votazzjoni li se jsir fl-24 ta’ April. Ir-riżultat indikat fl-istħarriġ huwa ta’ 54% favur Macron u 46% favur Le Pen.

Ekonomija

Sport