Sunday, December 22, 2024

STĦARRIĠ: ROBERT ABELA FDAT 18.5% AKTAR MINN BERNARD GRECH

Aqra wkoll

Meta applikata l-Multiple Imputation Technique, il-mexxej Laburista Robert Abela huwa fdat 18.5% iżjed minn Bernard Grech. Waqt li Robert Abela jgawdi 45.2% tal-appoġġ tal-elettorat, Bernard Grech huwa fdat minn 26.7%. Fl-istess waqt 20.0% wieġbu li ma jafdaw lil ħadd, 7.1% wieġbu ma jafux u 1.0% qalu li jafdaw mexxejja oħra

Fost il-votanti li vvutaw lill-Partit Laburista fl-Elezzjoni Ġenerali tal-2022, 86.3% qalu li jafdaw l-aktar lil Robert Abela, 1.3% wieġbu Bernard Grech, 6.8% qalu li ma jafdaw lil ħadd, 4.6% wieġbu li ma jafux, 0.5% għażlu li ma jweġbux u 0.5% qalu li oħrajn. 

Mill-banda l-oħra, fost il-votanti li vvutaw lill-Partit Nazzjonalista fl-Elezzjoni Ġenerali tal-2022, 72.9% wieġbu li jafdaw lil Bernard Grech, 2.1% qalu li Robert Abela, 12.0% wieġbu li ħadd, 3.1% qalu oħrajn, 9.6% wieġbu ma jafux u 0.3% għażlu li ma jweġbux. 

Ekonomija

Sport