Thursday, December 26, 2024

“Storja li tixxokkja s-sistema fejn konsumatur mingħalih li xtara karozza b’Kilometraġġ u ngħata mod ieħor”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Jekk huwa minnu, din hija storja li tixxokkja s-sistema fejn konsumatur mingħalih li xtara karozza b’Kilometraġġ mod u ngħata waħda b’Kilometraġġ mod ieħor” Iddikjarat dan il-Ministru l-Ministru għall-Affarijiet tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli bi tweġiba għall-mistoqsija mid-deputat Laburista Randolph Debattista dwar l-allegat tbagħbis fl-odometers ta’ karozzi importati mill-Ġappun.

Il-Ministru għall-Affarijiet tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli żvelat fil-Parlament li fl-aħħar sigħat l-Awtorità responsabbli mill-konsumatur waslulha 45 ilment minn sidien ta’ karozzi mill-Ġappun li kellhom l-odometer imbagħbas.

Mistoqsija mid-deputat Laburista Randolph Debattista tgħid x’ħidma qed isir mill-Awtorità Maltija għall-Affarijiet tal-Konsumatur dwar l-allegat tbagħbis fl-odometers ta’ karozzi importati mill-Ġappun, il-Ministru Farrugia Portelli qalet li fl-aħħar sigħat kien hemm 45 persuna li lmentaw mal-awtorità wara li rriżultat diskrepanza fil-kilometraġġ tal-vetturi mixtrija.

“Irrid inwassal il-messaġġ ta’ tolleranza żero fejn għandu x’jaqsam l-abbuż fuq il-konsumatur u għalhekk irridu nkunu ta’ spalla għal dawk il-konsumaturi li ġew potenzjalment ingannati”, kompliet biex tgħid Farrugia Portelli.

Hija appellat lis-sidien tal-karozzi importati mill-Ġappun biex f’każ ta’ dubju jidħlu fis-sit elettroniku ta’ Transport Malta u jiċċekkjaw jekk l-odomter tal-karozza tagħhom ġiex imbagħbas.

https://www.transport.gov.mt/news/how-to-check-if-your-car-has-been-tampered-with-5644

Ekonomija

Sport