Fi stqarrija Birkirkara FC għamlu referenza għall-aħħar sejħiet fl-iskwadra tat-Tim Nazzjonali Malti. Waqt li Birkirkara affermaw li huma xtaqu li jżommu affarijiet interni privati u ma kkuummentawx rigward varji spekulazzjonijiet fil-media, huma qalu li issa kienet inqabżet il-linja.
Birkirkara FC komplew billi qalu li l-clubs huma msejħa biex imexxu b’eżempju mill-Assoċjazzjoni in relazzjoni kemm fil-ground kif ukoll barra minnu. Huma qalu li huwa b’dispjaċir li l-malta Football Association għażlet li tinora informazzjoni u fatti in relazzjoni għal wieħed mill-players tal-club li rriżulta f’ammissjoni ta’ imġieba mhux xierqa.
Birkirkara qalu li hemm żminijiet meta irrilevanti mill-proċeduri dawk fil-poter għandhom imexxu b’eżempju, fatt li sfortunatament intilef minn dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet. L-istqarrija temmet tghid li l-players tat-tim nazzjonali li jirrapreżentaw lil pajjiżhom għandhom imexxu b’eżempju.