L-istrajk ġenerali indefinit imsejjaħ miċ-Ċentru tal-Ħaddiema Bolivjani (COB) issa daħal fit-tieni ġimgħa tiegħu. L-istrajk sar b’reazzjoni għad-Digriet, liġi kkundannata mit-trade unions u l-organizzazzjonijiet tal-bdiewa talli hija parti minn “aġġustament impost mill-IMF” li qed jiddeterjora il-livell tal-għajxien tal-popolazzjoni. Fost dawk li kien minn ta’ quddiem fil-protesti kienu l-ħaddiema tal-minjireri.
Sa minn fit jiem qabel il-Milied eluf ta’ ħaddiema tal-minjieri immarċjaw lejn La Paz. Libsin elmi u jġorru l-għodda, spiċċaw biex ħolqu tensjoni kbira hekk kif bdew jimblukkaw it-toroq madwar Plaza Murillo, il-pjazza ċentrali. Il-pulizija wieġbet bil-vjolenza u billi sparat il-gass tad-dmugħ. Dan waqt li għamlu kbir ta’ barrikati biex iżommu l-ħaddiem milli jersqu qrib bini governattiv. Dan wassal għal sigħat ta’ ġlied, tant li l-Pulizija kellhom isejħu għal rinforzi u dan wara li mal-ħaddiema tal-minjieri ingħaqdu għadd ta’ kategoriji oħra ta’ ħaddiema fosthom għalliema u ħaddiema tal-fabbriki.
Minkejja l-protesti, il-President Rodrigo Paz iddefena d-digriet u ddeskrivieh bħala “miżura meħtieġa” biex jiġu eliminati s-sussidji fuq il-fjuwil. It-tneħħija tas-sussidji wasslu biex kien hemm żieda 160 fil-mija fil-prezz tad-diżil.
Il-kritika kemm minn unions u anke minn organizazzjonijiet soċjali hi minħabba l-fatt li saret
l-eliminazzjoni tat-taxxi fuq kapital kbir, u reġim legali li jiggarantixxi 15-il sena ta’ protezzjoni lill-kumpaniji transnazzjonali, partikolarment fis-setturi tal-minjieri u l-enerġija.
Rappreżentanti ta’ trade unions u ekonomisti kritiċi falu li d-digriet ġie promulgat wara laqgħat ma’ delegazzjonijiet mid-DFC, l-EXIM Bank, l-USTDA, u d-Dipartiment tal-Istat tal-Istati Uniti. Huma iddikjaraw akkużi ta’ allinjament ma’ interessi esterni dwar ir-riżorsi strateġiċi tal-Bolivja.
Ġie affermat mill-ġdid li mhux se jitneħħa l-istrajk sakemm id-digriet jibqa’ fis-seħħ.
Il-gvern qed jipprova jirreżisti din il-pressjoni b’negozjati mal-ħaddiema tat-trasport, kooperattivi tal-minjieri, u setturi tal-klassi tan-nofs, flimkien ma’ kampanji politiċi u tal-midja kontra l-protestanti.


