Wednesday, December 25, 2024

STRATEĠIJA AMBJENTALI AKTAR ĦOLISTIKA

Aqra wkoll

Meta wieħed jitkellem fuq l-ambjent ma jistax ma jiftakarx fi frażi importanti ta’ Chief Seattle li darba staqarret li “d-dinja ma tappartjenix lilna: aħna nappartjenu lid-dinja.” U b’din il-premessa kull gvern u fuq kollox, kull individwu jrid jaġixxi. Jaġixxi b’responsabiltà fid-deċiżjonijiet tiegħu. Fl-aġir tiegħu lejn il-ġenerazzjoni tal-lum u wisq aktar ta’ għada. Iva, għax l-ambjent huwa patrimonju misluf lilna biex ingawduh b’responsabiltà. 

Ghalhekk huwa kruċjali kull pass u kull mizura li l-gvern Malti jiehu favur l-ambjent ghandu, jkun fill-kuntest tal-miri ambjentali stabiliti fil-ftehim ta’ Pariġi biex l-emissjonijiet jilħqu ż-żero nett sal-2050, imma mhux biss. Għandu jkun ukoll bil-premessa li ambjent nadif huwa dritt fundamentali tiegħek u tiegħi. 

U f’dan il-kuntest, il-gvern stabilixxa miri ċari għall-ambjent fill-Budget 2024. U f’dan il-kuntest, il-gvern qed jaħdem qatigħ permezz ta’ proġetti ambjentali fosthom pian li se jwassal biex sas-sena d-diehla jkun radd lura lill-poplu Malti 325,000 metru kwadru ta’ spazju miftuħ.

U f’dan il-kuntest ukoll, il-gvern vara l-proġett tal-impjant waste-to-energy li se jkun qed jilqa’ l-iskart li ma jistax jiġi riċiklat biex minnu niġġeneraw enerġija nadifa għal 4.5% tad-domanda tal-pajjiz. Inizjattivi importanti li se jtejbu l-kwalità tal-ħajja ta’ kull wieħed u waħda minna. 

Filwaqt li dawn il-progetti huma pass ‘il quddiem għal ambjent aħjar, il-ħarsien tal-ambjent f’kull belt u raħal huma wkoll importanti. Is-sigar u r-rwol importanti li ghandhom bhala pulmun ta’ kull belt u rahal ma jistax jigi injorat.  Għalhekk, kull progett infrastrutturali ma jistax jinjora l-element ambjentali.

Element ambjentali li ma jistax jigi limitat f’ “vertical green walls”, fi qsari jew fils-sigar tal-pin u l-arbuxell imma li jara r-rwol li siġar eżistenti ghandhom u l-impatt jekk jitnehhew jew jigu sostitwiti. U kull decizjoni għandha tigi mgharrfa lil poplu Malti biex jigu evitati sitwazzjonijiet li qed nesperjenzaw fill-Mosta u proġetti simili.

Edukazzjoni u taghrif ambjentali li tilħaq lil kull faxxa tas-socjetà Maltija, li tilħaq kull settur, li tilħaq lil kull ġenerazzjoni li tifforma s-soċjetà Maltija. Edukazzjoni u tagħrif biex kull pass ambjentali li l-gvern jieħu, isir id f’id man-nies. Biex kull pass ambjentali verament isir għal Malta aħjar.

Ekonomija

Sport