Student tal-MCAST ta’ 18-il sena minn San Ġwann tpoġġa taħt probation u taħt ordni ta’ trattament għal żmien tliet snin wara li ammetta li ġibed filmati ta’ studenti oħra subien waqt li qegħdin jużaw it-toilet.
L-Ispettur Godwin Scerri, li investiga l-każ, kien spjega kif fil-mobile phone tal-student sabu żewġ videos li fihom jidhru żewġ studenti. Il-Pulizija kienet irċeviet ilment mingħand student ieħor li qal li ra lill-akkużat jiġbidlu video mit-toilet ta’ ħdejn dak li kien fih.