Saturday, October 4, 2025

Student temm ħajtu wara żball ‘traġiku’ fil-grad tal-università

Aqra wkoll

Student tal-ġeografija qatel lilu nnifsu wara li bi żball ġie mgħarraf li ma setax jiggradwa mill-università. L-istudent Ethan Brown ta’ 23 sena ġie infurmat f’Settembru 2024 li ma kienx ingħata grad għal wieħed mill-korsijiet tiegħu mill-Università ta’ Glasgow, li fisser li ma kienx se jkun eliġibbli biex jiggradwa. Iż-żagħżugħ qatel lilu nnifsu tliet xhur wara, fil-jum li kellu jirċievi l-grad tiegħu.

L-università, filwaqt li esprimiet l-aktar simpatiji profondi tagħha għal mewt taż-żagħżugħ qalet li l-“iżball dwar il-grad ta’ Ethan Brown kien inċident iżolat.

L-universita nediet investigazzjoni interna wara li omm Ethan, Tracy Scott, talbet tweġibiet mill-università. L-investigazzjoni fil-fatt ikkonkludiet li Brown kien ingħata l-grad ħażin għal kors minħabba żball mill-università meta fil-fatt huwa ggradwa b’lawrja bl-Unuri.

Meta tkellmet f’konferenza stampa, omm l-istudent, qalet li binha kien kuntent li kiseb post fl-università u sostniet li l-verità hi li Ethan kien kiseb b’suċċess lawrja bl-unuri minkejja li l-università ripetutament ċaħditu minn dan is-suċċess.

Kelliem għall-Università ta’ Glasgow qal li wara investigazzjoni, l-università identifikat l-iżball u kkummissjonat rapport intern minn professur anzjan irtirat dwar iċ-ċirkostanzi.

Ir-rapport sab li sar żball traġiku fil-kalkolu tar-riżultat tal-lawrja ta’ Ethan. L-università ammettiet ukoll li kien hemm nuqqas fil-komunikazzjoni li fisser li Ethan ma ġiex riferut lis-servizzi ta’ appoġġ għall-istudenti.

L-università wara li ċċekkjat ir-rekords kollha tagħha esprimiet id-dispjaċir għal dak l-avveniment terribbli seħħ u fid-dawl ta’ dan, il-Prinċipal tal-università, il-Prof. Sir Anton Muscatelli, indika li huwa lest li jiltaqa’ mal-familja ta’ l-istudent biex jiddiskuti l-passi li għandha tieħu l-università.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport