Wednesday, June 4, 2025

STUDENTI MĦEĠĠA JISSIEĦBU FIL-BOV CLUB KMIENI U JGAWDU MINN IŻJED BENEFIĊĊJI

Aqra wkoll

Il-Bank of Valletta qed iħeġġeġ lill-istudenti biex jissieħbu fil-BOV Club iżjed kmieni mis-soltu din is-sena, hekk kif jibdew il-vaganzi tas-sajf, biex b’hekk ikunu jistgħu igawdu minn process iktar veloċi u jiffrankaw stennija itwal li normalment tinġema’ qabel tibda s-sena skolastika. L-istudenti li japplikaw għall-BOV Club sal-aħħar ta’ Ġunju, jingħataw €10 addizzjonali mas-€60 li l-BOV qed joffri lill-istudenti li jiftħu kont ġdid għall-istipendju. Il-fondi jiġu ddepożitati fil-kont il-ġdid wara li jidħol l-ewwel stipendju.

Il-BOV Club joffri firxa ta’ servizzi bankarji u finanzjarji mmirati lejn l-istudenti li se jibdew jirċievu l-istipendju mal-ftuħ ta’ sena skolastika ġdida post-sekondarja jew fl-Università. Minn kards ta’ debitu jew kreditu għal sensiela ta’ opportunitajiet b’servizzi diġitali bħal mobile u internet banking, u kartieri diġitali, il-BOV Club joffri lill-istudenti aċċess għall-finanzi tagħhom kull ħin u kullimkien.

Benefiċċji oħra jinkludu rati ta’ imgħax preferenzjali fuq self għal studju u jew fuq karozzi u vetturi kif ukoll għażla ta’ prodotti ta’ investiment bħal tfaddil regolari u negozjar ta’ ishma u stokks. Il-Bank tejjeb ukoll il-proċess tal-ftuħ tal-kontijiet tal-istudenti online biex hekk issa huwa iżjed faċli, veloċi u konvenjenti biex l-istudenti jissieħbu mal-BOV.

Il-BOV Club huwa disponibbli għal studenti fuq bażi full-time ta’ bejn is-16 u t-30 sena li se jibdew sena skolastika ġdida, post-sekondarja jew terzjarja wara l-vaganzi tas-sajf. L-istudenti jistgħu japplikaw fuq https://join.bov.com. L-applikanti jkunu mitluba jżuru l-eqreb fergħa darba biss fi tmiem il-proċess tal-ftuħ tal-kont biex jiffirmaw. Iktar informazzjoni dwar il-BOV Club tinsab fuq https://www.bov.com/bov-club.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport