Tirreaġixxi l-għaqda studenteska SDM
Klassi sħiħa li taqa’ taħt il-Fakultà għall-Ekonomija, Accountancy u Management fl-Università ta’ Malta, falliet minn minn test ta’ suġġett obbligatorju, wara li xi wħud mill-istudenti li jifformaw parti minn din il-klassi allegatament inqabdu jikkoppjaw.
Iktar kmieni llum, il-Fakultà, bagħtet imejl lill-istudenti li poġġew għall-eżami tal-istudy unit EMA1008 li se jkunu qed jingħataw 0 f’Test 1. L-imejl tkopli tgħid li l-Università ta’ Malta għandha 43 screenshot li jissostanzjaw dak li qiegħda tgħid hi.
Intant, fi stqarrija separata, l-għaqda studenteska SDM, filwaqt li kkundannat l-aġir li wieħed jikkoppja waqt kwalunkwe eżami qalet li fil-jiem li ġejjin hi se tkun qed titkellem mal-Bord tal-Fakultà, mal-KSU u mal-ASCS biex tara eżattament x’ġara f’dan il-każ.