Friday, December 27, 2024

Studenti tal-Ingliż jammettu li għamlu ħsara fuq bieb ta’ residenza

Aqra wkoll

Żewġ studenti Franċiżi – Anna Laguibre ta’ 24 sena u Mikael Tarkan Deffrasnes ta’ 23 sena – tressqu l-Qorti fejn wieġbu ħatja li għamlu b’€4,500 ħsara fuq bieb ta’ residenza.

L-imputati, li ġew Malta biex jistudjaw l-Ingliż, kienu akkużati li wettqu dan ir-reat il-Ħadd li għadda f’appartament li jinsab fi Triq Giuseppe Cali, Ta’ Xbiex.

Quddiem il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras ħareġ li l-imputati kienu se joqogħdu ma’ familja u kellhom l-inkwiet u l-kumpanija EF sabitilhom familja ġdida.

Meta marru għand din il-familja, ma sabu lil ħadd u ntqal li dawn qabżitilhom jistennew u għamlu ħsara mal-bieb ta’ barra tal-familja u tal-komun. 

Il-Prosekuzzjoni, immexxija mill-Ispettur George Frendo, qalet li l-ħsarat inqabdu fuq filmati tas-CCTV.

Il-Qorti sabithom ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom u kkundannathom 18-il xahar ħabs sospiżi għal erba’ snin. Huma ġew ordnati jħallsu s-somma ta’ €2,279.50ċ kull wieħed fi żmien jumejn. 

Ekonomija

Sport