Sunday, November 24, 2024

Studenti tal-Primarja u għalliem iweġġgħu f’esperiment tax-xjenza fl-Awstralja 

Aqra wkoll

Xi studenti fi skola primarja fil-belt ta’ Sydney fl-Awstralja u għalliem spiċċaw midrubin wara li esperiment tax-xjenza mar ħażin.

Skont rapporti jidher li mill-inqas żewġ studenti kellhom jittieħdu b’urġenza fi sptar minħabba ħruq estensiv. Disgħa oħra sofrew ħruq superfiċjali. Fuq il-post dehru ħelikopters, paramediċi u trakkijiet tat-tifi tan-nar.

Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li l-esperiment kien jinvolvi s-sodium bicarbonate u methylated spirits. Il-Kelliem għas-servizzi tal-emerġenza Phil Templemen qal li r-riħ seta’ kien il-kawża biex tħalltu l-kimiċi li kienu qegħdin jintużaw.

It-tfal huma maħsubin li għandhom bejn l-10 snin u l-11-il sena u skont l-istess rapporti sofrew ħruq f’ġisimhom, inkluż f’wiċċhom, f’sidirhom, u anke f’riġlejhom.

Sport