Thursday, March 27, 2025

Studenti u għalliema ta’ St Angela jsalvaw qanfud … iddeċidew li jsemmuh Anġlu

Aqra wkoll

It-Tlieta wara nofsinhar, Suor Michela mill-Kindergarten ta’ St Angela fil-Pieta kkuntattjat lin-Nature Trust  dwar qanfud li kien qed jistkenn taħt vann. Wieħed mill-voluntiera wasal fuq il-post u skopra li l-qanfud kien qed jinżamm sigur ħafna mill-istudenti ċkejknin. 

Din l-infomrazzjoni ħarġet minn messaġġ min-Nature Trust permezz tal-paġna ta’ Facebook- Xrobb L-Ghagin Nature Park and Wildlife Rehab Centre . Ġie spjegat li l-qanfud minbarra li ngħata isem, mela żaqqu bl-ikel tal-qtates. 

Nature Trust tenniet tgħid li samnalla kien hemm Sister Michela u Sister Rosette li salvaw lil dan il-qanfud, hekk kif fit-triq fejn instab dan il-ħlejjaq ċkejkna kienu għaddejjin xi xogħlijiet u li għalhekk seta’ faċilment jintlaqat minn makkinarju tqil.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport