Thursday, December 26, 2024

Studju fir-Renju Unit: Wieħed minn kull erba’ għalliema b’riskju akbar għal mard serju mill-Covid-19

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt li fl-Istati Uniti għaddej dibattitu sħiħ dwar il-ftuħ tal-iskejjel u l-imwiet ta’ sitt għalliema mill-Covid-19, il-UK Mask Network ippubblikaw studju li sar fir-Renju Unit u li qed jgħid li wieħed minn kull erba’ għaliema jinsab f’riskju akbar għal mard serju mill-Covid-19. 

L-organizazzjoni spjegat li analiżi minn informazzjoni minn National Healt Interview fl-Istati Uniti għas-sena 2018 ta’ adulti juri li wieħed minn kull erba’ għalliema – 24% għandhom kundizzjoni li tpoġġihom f’riskju akbar għal mard serju mill-Covid-19. 

Ta’ min jgħid li l-UK Mask Network hi organizzazzjoni li taħdem biex jiżdied l- għarfien għall-użu tal-maskli f’postijiet pubbliċi. 

Fl-Istat ta’ Telangana hemm 600 għalliema infettati bil-Covid-19 

Intant fl-Istat Indjan ta’ Telangana, insab li mindu nfetħu l-iskejjel fl-1 ta’ Settembru, kien hemm xejn inqas minn 600 għalliema li spiċċaw infettati bil-Covid-19. Dan ġie konfermat minn Telangana Progressive Teachers Federation (TPTF). Il-Federazzjoni qed takkuża lill-awtoritajiet li qed jesponu lill-għalliema għall-Covid-19. 

Ekonomija

Sport