Thursday, October 23, 2025

Studju jgħid li l-miri tal-2050 dwar it-tibdil fil-klima mhux se jxekklu t-tkabbir ekonomiku dinji

Aqra wkoll

Studju ġdid ikkonkluda li l-mira ta’ żero emissjoni­jiet tal-karbonju sas-sena 2050 tista’ tintlaħaq mingħajr ma jkun hemm impatt qawwi fuq l-ekonomija globali.

Xjentisti mill-University College London ħolqu diversi xenarji differenti biex jaraw jekk din il-mira ambizzjuża verament tistax tintlaħaq mingħajr ma jkun hemm daqqiet fuq l-ekonomija.

Fil-konklużjoni tiegħu, Paul Ekins, li huwa l-persuna li mexxa l-istudju qal li, “it-tkomplija ta’ tkabbir ekonomiku dinji huwa kompatibbli mal-miri tal-Ftehim ta’ Pariġi.” Huwa tenna li issa jmiss lill-gvernijiet biex jibdew jimplimentaw politika li tistimula investiment biex dawn il-miri jsiru realtà. 

Studji preċedenti kienu kkonkludew li biex tintlaħaq din il-mira l-ekonomija globali se tieħu daqqa kbira, iżda kemm dan l-istudju kif ukoll ieħor li kien sar fil-Finlandja juri li l-miri jistgħu jintlaħqu. 

Sport