Riċerka turi li meta persuna tagħmel eżerċizzju regolari u tkun fiżikament b’saħħithu, jonqos ir-riskju milli din ikollha d-dimensja jew inkellha jekk tkun se taqbdek, iddewwem din il-kundizzjoni bi kważi 18-il xahar.
L-eżerċizzju regolari huwa ferm utli tant li jista’ jgħin ukoll lil nies li fil-familja għandhom min jiġi minnhom li għandhom id-dimensja, bir-riskju li taqbadhom id-dimenzja tonqos sa 35%. L-istudju, ippubblikat fil-British Journal of Sports Medicine, sab li n-nies bl-ogħla ‘fitness cardiorespiratory’ (CRF) kellhom riskju aktar baxx ta’ dimensja.
Ir-riċerkaturi għamlu analiżi fuq madwar 61,214-il persuna li kellhom bejn id-39 u s-70 sena. Dawn l-individwi kienu rreġistraw biex ikunu parti minn dan l-istudju bejn l-2009 u l-2010 u dak iż-żmien ħadd minnhom ma kellu d-dimensja. Ir-riċkerkaturi baqgħu jsegwuhom sa 12-il sena wara biex jaraw kif avvanzaw saħħithom.
Meta ngħaqdu, huma għamlu test ta’ eżerċizzju ta’ sitt minuti bilqiegħda fuq rota, biex tkun assessjata l-kundizzjoni tagħhom. Huma kellhom ukoll il-funzjoni konjittiva tagħhom imkejla minn testijiet newropsikoloġiċi u l-probabbiltà ġenetika tagħhom ta’ dimenzja stmata bl-użu ta’ test poliġeniku biex jevalwaw ir-riskju tal-marda tal-Alzheimer.
It-tim ta’ riċerka kien immexxi mill-Professur Weili Wu taċ-ċentru ta’ riċerka dwar ix-xjuħija fl-Istitut Karolinska fi Stokkolma.
Organizzazzjonijiet tad-dimensja qalu li din ir-riċerka hija prova li n-nies tassew jistgħu jnaqqsu dan ir-riskju billi jżommu stil ta’ ħajja tajba u permezz tal-eżerċizzju.