Wednesday, December 25, 2024

Studju juri li ż-żwiemel huma iktar intelliġenti milli wieħed jaħseb 

Aqra wkoll

Studju ġdid jissuġġerixxi li ż-żwiemel huma iktar intelliġenti minn kemm wieħed kien jaħseb. Riċerkaturi mill-Università ta’ Nottingham Trent (NTU) qalu li kienu sorpriżi bir-riżultati ta’ riċerka li saret dwar kif iż-żwiemel jitgħallmu malajr kif għandhom jirreaġixxu fi ftit ħin.

L-istudju li involva 20 żiemel, ġew ippremjati talli rnexxielhom jmissu biċċa karta b’imniħirhom. Intant fit-tieni stadju, iż-żwiemel kellhom tentattiv sabiex imissu l-karta waqt li d-dawl ikun mitfi, li kien ukoll ta’ suċċess. It-tim osserva kemm huma malajr jitgħallmu kif isegwu r-regoli.

L-istudju, ippubblikat fil-ġurnal Applied Animal Behavior Science juri li ż-żwiemel huma aktar avvanzati b’mod konjittiv milli nafu u naħsbu aħna. Dan ġie kkonfermat ukoll mir-riċerkatur Dr Carrie Ijichi.

Ekonomija

Sport