Friday, November 15, 2024

Stupra u qatel tifla ta’ 13 -il sena… Wara ħaraqha

Aqra wkoll

Raġel mill-Istati Uniti jinsab akkużat li stupra u qatel tifla ta’ 13-il sena. Wara allegatament ħaraq il-ġisem tagħha.

Ir-raġel Armando Cruz, ta’ 24 sena, wieġeb li mhux ħati ta’ dawn l-akkużi. L-akkużi jgħidu li hu ħataf it-tifla u stupraha. It-tifla kien jisimha Patricia Alatorre.

It-tifla kellha tmien ħutha oħra u kienet meqjusa bħala ‘it-tarbija tal-familja’. Fl-aħħar jiem il-familja tagħhom għamlet mixegħla biex tfakkar il-memorja tagħha.  

Kollox qed jindika li Alatorre iltaqgħet ma’ Cruz fuq il-midja soċjali. Hu jidher li ġiegħla tibgħat ritratt tagħha u rnexxielu jikkonvinċi lit-tifla biex tiltaqa’ miegħu. Dan minkejja li hu kien jaf li din kellha biss 13-il sena. 

L-ewwel laqgħa li saret, Cruz saq minn Los Angeles lejn Bakersfield u sforza lit-tifla biex twettaq atti sesswali miegħu. Wara hu qatilha billi fgaha. Hu beża’ li jinqabad  u minħabba f’hekk ħaraq il-ġisem tagħha.

Ekonomija

Sport