Sunday, December 22, 2024

Suċċess għal boxer Maltija Gail Diacono 

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-boxer maltija Gail Diacono li bħalissa qed tieħu sehem fil-Kampjonat Ewropew tal-Boxing Under 22 f’Budva l-Montenegro għadha kif kisbet suċċess. 

Dan wara li l-Erbgħa filgħaxija, Gail rebħet il-ġlieda tagħha fil-kwartifinali kontra avversarja mill-Montenegro Nina Radenovic, biex b’hekk aċċertat ruħha u jirnexxielha tikseb il- midalja tal-bronż.

Il-pass li jmiss għal Diacono, issa huwa li nhar il-Ġimgħa waranofsinhar terġa tikkompeti sabiex tipprova ttejjeb il-kulur tal-midalja.

Fil-Kampjonat Ewropew U22 fil-Montenegro Gail Diacono tinsab akkumpanjata mill-kowċ tagħha Roland Sammut u l-Head Coach tal-Federazzjoni Maltija tal-Boxing Gabriele Martelli    .

F’kumment li kienet tat lil dan is-sit, hija kienet qalet; “Dak kollu li ksibt sa issa minn mindu bdejt dan it-tip ta’ sport, ksibtu sforz id-dedikazzjoni tiegħi”. 

Ekonomija

Sport