Minn Kenneth Vella
Meta fil-korsa tal-Marsa l-Ħadd wara nofsinhar saret is-sitt laqgħa tal-istaġun ingħata l-bidu għall-ewwel kampjonat tas-sena, dak Assikura għal żwiemel tal-klassi Gold fuq distanza qasira ta’ 2140m. Dan permezz ta’ sitt heats li minnhom, 24 żiemel għamluha għas-semi finali. Barra dan, il-laqgħa fuq tmienja tat-trott inkludiet ukoll tiġrija normali tal-klassi Premier fuq distanza twila ta’ 2640m u li ntrebħet mid-debuttant Franċiż Dream misjuq minn sidu stess Ludvic Ghigo.
Erbatax-il żiemel ħadu sehem fit-tiġrija Premier. Matul l-ewwel elf metru, il-kmand alterna bejn numru ta’ żwiemel sakemm kien Cliferty Calleja li mar quddiem dawra mit-tmiem permezz ta’ Velten Limelight. Madankollu dan kien kontinwament segwit u attakkat tnejn fuq in-naħa ta’ barra minn Dream (Ludvic Ghigo). 300m mit-tmiem Dream irnexxielu jaqbeż liż-żiemel ta’ Calleja u baqa’ sejjer biex jieħu l-ewwel rebħa f’Malta minn Brin De Noblesse (Leon Tanti). Velten Limelight kellu jikkuntenta bit-tielet post minn Cathy De La Rouve (Redent Magro). Ir-rebbieħ intant kellu medja ta’ 1.15.2” fil-kilometru.
Fl-ewwel heat tal-klassi Gold, Baltic Sautreuil (Cliferty Calleja) ħa l-ewwel rebħa tas-sena wara li żied il-pass fuq in-naħa ta’ barra matul l-aħħar 300m metru. Id-Daniż Cutty Sark (Eman Attard) akkwista l-ewwel rebħa fi gżiritna fit-tieni heat wara sprint tajjeb fid-dritta finali.
Il-Franċiż Deal De Cahot (Charles Camilleri) ħa t-tieni rebħa nfila fit-tielet heat mill-istess kampjonat. Dan wara li ftit metri mil-linja finali qabeż lil Altonico (Marco Debono). Bħalu kien Doudou De Bouere (Jean Claude Pace) li rreġistra t-tieni rebħa konsekuttiva u f’Malta fir-raba’ heat wara li mar quddiem dawra mit-tmiem.
Fil-ħames heat, kif mistenni kien Gigant Well (Charles Degiorgio) li ma falliex milli jieħu t-tieni rebħa nfila b’distakk ta’ għaxar tulijiet minn Glen Ord Superb (Kurt Saliba) u Connecticut (Amabile Ellul) li daħlu flimkien fit-tieni post. Dynamit Life (Kerstin Galea) li kien quddiem għal parti twila tad-distanza tas-sitt u l-aħħar heat, inqabeż fl-aħħar metri minn Charming Soldier (Paul Galea) u Diza Du Courtille (Ivan Stivala).
Matul il-laqgħa tal-Ħadd il-Malta Racing Club ippremja wkoll lis-sewwieqa Rodney Gatt u Cherise Farrugia. Gatt spiċċa għal sena oħra l-aħjar sewwieq l-istaġun li għadda filwaqt li Farrugia temmet l-aħjar fil-kategorija taħt il-25 sena. Huma ġew preżentati bi plakka kommemorattiva miċ-Chairman tal-Malta Racing Club l-Imħallef Emeritu Antonio Mizzi.
Ir-rebbieħa kollha
I Tiġrija Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Eole De Mahey (M. Fenech) Ħin – 3.21.5” (1.16.3”) 2. Fakir Piya (R. Gatt) 3. Digital Life (G. Azzopardi) 4. Festival Marlo (P. Galea)
II Tiġrija. Heat Kampjonat Assikura. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Baltic Sautreuil (C. Calleja) Ħin – 2.40.1” (1.14.8”) 2. That’s Art (C. Vassallo) 3. Bicetre (P. Galea) 4. New Moon Pellini (C. Magro)
III Tiġrija. Heat Kampjonat Assikura. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Cutty Sark (E. Attard) Ħin – 2.39.3” (1.14.4”) 2. Atout De Montbrun (R. Gatt) 3. Belmann (C. Vassallo) 4. Apache Reyour (Ch. Degiorgio)
IV Tigrija. Heat Kampjonat Assikura. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Deal De Cahot (C. Camilleri) Ħin – 2.40.1” (1.14.8”) 2. Altonico (M. Debono) 3. D’Laina (J. Carabott) 4. Jefferson Dotcom (R. Gatt)
V Tiġrija. Heat Kampjonat Assikura. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Doudou De Bouere (J.C. Pace) Ħin – 2.40.5” (1.15”) 2. Such A Knight (C. Muscat) 3. Danakil De Bellen (S. Cassar) 4. Bajazet (M. Mizzi)
VI Tiġrija. Heat Kampjonat Assikura. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Gigant Well (Ch. Degiorgio) Ħin – 2.42” (1.15.7”) 2. Glen Ord Superb (K. Saliba) – Connecticut (A. Ellul) 4. Armani S. (C. Camilleri)
VII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Dream (L. Ghigo) Ħin – 3.18.7” (1.15.2”) 2. Brin De Noblesse (L. Tanti) 3. Velten Limelight (C. Calleja) 4. Cathy De La Rouvre (R. Magro)
VIII Tiġrija. Heat Kampjonat Assikura. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Charming Soldier (P. Galea) Ħin – 2.39” (1.14.1”) 2. Diza Du Courtille (I. Stivala) 3. Dynamit Life (K. Galea) 4. Eurythmic Sisu (K. Sciberras)