Tuesday, November 4, 2025

Suċċess għall-attività tal-Halloween fin-Nadur

Aqra wkoll

Il-Kunsill Lokali ta’ Nadur bi pjaċir iħabbar li l-attività ta’ Halloween tal-Ġimgħa li għaddiet kien suċċess kbir, b’attendenza impressjonanti ta’ residenti u viżitaturi ta’ kull età. L-avveniment trasforma l-pjazza ewlenija tan-Nadur f’ċelebrazzjoni kbira mimlija kreattività, kulur, u spirtu komunitarju.

Fi stqarrija l-Kunsill Lokali tan-Nadur qal li “familji, tfal, u żgħażagħ ipparteċipaw b’entużjażmu fl-attività li kienet organizzata, li kienu jinkludu gruppi taż-żfin, wirjiet tal-maġija, dekorazzjonijiet marbutin mal-ġurnata, mużika, u divertiment matul il-lejl kollu.”

Il-Kunsill irringrazzja lil dawk kollha li attendew u jħares ‘il quddiem biex din it-tradizzjoni tkompli tikber u s-sena d-dieħla tkun akbar u aħjar.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport