Kienet ġurnata ta’ suċċess għat-tim Nazzjonali taż-Żgħażagħ tal-OCR Malta fil-Kampjonati Dinjija tal-OCR (Obstacle Course Racing) fl-Iżvezja.
Emily Vella ġiet fit-tielet post fit-tellieqa tal-ostakli ta’ 3k fil-kategorija tal-età tagħha. Vella hija l-ewwel żagħżugħa Maltija li kisbet post bħal dan f’dan l-avveniment prestiġjuż.
Taħt it-tmexxija tal-kowċ tat-tim Ivan Gauci, atleti żgħażagħ lokali oħra rnexxielhom ukoll jiksbu klassifikazzjoni tajba fost l-aqwa għaxra fid-dinja fil-grupp tal-età tagħhom, fosthom Max Pace u Michael Borg li ġew fil-ħames post. Luke Pace ġie fis-seba’ post filwaqt li Maya Spiteri kisbet is-sitt post, kollha fil-kategoriji tal-età rispettivi tagħhom.
Faith Butigieg irnexxielha wkoll tasal għar-rawnd tal-aħħar 16 fit-tellieqa tal-OCR ta’ 100m.