Saturday, December 21, 2024

Suċċess ieħor għal Keith Galea f’Marina di Ragusa  

Aqra wkoll

Frisk mir-rebħ tal-Kampjonat Nazzjonali għall-għaxar darba fil-karriera filwaqt li fil-klassifika ġenerali temm fid-disa’ post fost 137 partecipant, Galea ikklassifika fit-tieni post fil-kategorija tieghu. Keith Galea temm il-kompetizzjoni f’ħin totali ta’ siegħa, 7 minuti u 45 sekonda.

Huwa temm fid-disa’ post fl-għawma ta’ kilometru f’ħin ta 13-il minuta u 39 sekonda. Fl-21 kilometru ċikliżmu b’medja ta’ 38 km fis-siegħa temm f’ ħin ta’ 32 minuta u 53 sekonda.

Fil-korsa ta’ ħames kilometri ġiri b’medja ta’ 3.38 km fis-siegħa, Keith Galea temm id-distanza fi 18-il minuta u 14-il sekonda. Dan kollu għall-ħin komplessiv ta’ siegħa, 7 minuti u 45 sekonda.

Wara t-tellieqa, Galea kien kuntent bil-prestazzjoni tiegħu speċjalment meta kien ilu sentejn ma jtellaq din it-tip ta’ distanza peress li issa qed jispeċjalizza fuq distanzi itwal.

Galea xtaq jirringrazzja lill-isponsors tiegħu Eurosport Malta, Adistors Malta, Team Barry Malta International Challange, Bike it up Malta, Team Fabio Spiteri, Team Stazi, Bike it up Malta, Starbene takewhey, Mariano Farrugia Health and Fitness Club, lill-masseur Duncan Abdilla, lill-klabb tiegħu Birkirkara St Joseph, lill- Malta Triathlon Federation u lil SportMalta.

Ekonomija

Sport