Kulma jmur l-atleta Nick Mercieca qed jiskeb suċċess wara l-ieħor fil-Para-powerlifting.
Huwa tana iktar dettalji:
Daqs sena u nofs ilu dħalt fl-isport tal-Para powerlifting bit-tir li jwassalni għal-Logħob Paralimpiku tal-2028 li se jsiru ġewwa Los Angeles.
F’dan l-isport jien qed niġi mħarreġ minn żewġ kowċis wieħed minnhom huwa Ali Jawd, li kkompeta f’erba’ edizzjonijiet tal-Logħob Para-Olimpjadi fejn kiseb il-midalja tal-fidda fil-Logħob Para-Olimpjadi tal-2016.
It-tieni kowċ li jien qed niġi mħarreġ minnu huwa Matteo Aquilina, fejn huwa ħa sehem f’diversi kompetizzjonijiet fil-powerlifting.
Wara sena u nofs ta’ taħriġ konsistenti, fis-7 ta’ Mejju 2025 jien ġejt klassfiikat bħala eleġibbli li nikkompeti f’dan l-isport ġewwa Tbilisi f’Georgia.
Fl-istess ġimgħa jien ħadt sehem fil-kompetizzjoni tal-World Para Powerlifting World Cup li wkoll saret ġewwa Tbilisi. Dakinhar jien dħalt bl-ewwel lift tiegħi ta’ 90 kilo, fejn komplejt tiela’ għal 95kg u 100 kilo fit-tieni u t-tielet lift tiegħi. F’din il kompetizzjoni jien irnexxieli inġib tliet lifts minn tlieta li kienu jgħoddu bħala tajbin bit-tliet bozoz bojod f’kull refgħa li hija l-iktar ammont ta’bozoz tajbin li tista’ ġġib f’refgħa waħda.
B’dan ir-riżultat jien irbaħt il-midalji tad-deheb u tal-fidda fil-kategorija tan-next generation li hija kategorija ta’ atleti bejn it-18 u l-20 sena.
Issa se nkun qiegħed inkompli naħdem sabiex nikkompeti fil-kompetizzjoni li jmiss li se ssir f’Ottubru li ġewwa l-Kajr fl-Eġittu.