Thursday, May 8, 2025

SUĠĠETT SENSITTIV LI QED IKOMPLI JINGĦATA PRIJORITÀ

Aqra wkoll

Xi kultant bosta nies joqogħdu lura milli jitkellmu fuq ċertu suġġetti, anke minħabba n-natura sensittiva u emozzjonali ta’ dawn l-istess suġġetti. Wieħed minn dawn huwa t-telf ta’ tqala, li jħalli mhux biss impatt emozzjonali imma anke dak psikoloġiku. 

Għal ħafna koppji, speċjalment dawk żgħar fl-età, din l-esperjenza hi bħal dik ta’ tmiem ta’ ħolma li tkun ilha tistenna biex issir realtà. Huwa kollu minnu li tmiem ta’ tqala, speċjalment meta tkun l-ewwel waħda tħalli marka kbira fuq il-persuna. 

Fuq l-aspett nazzjonali, filwaqt li ċertu pajjiżi diġà qed jagħrfu l-ħtieġa ta’ miscarriage leave għal min jaħdem, Malta se tkompli tkun minn ta’ quddiem nett fil-ħarsien tad-dinjità tal-ħaddiema. Dan is-suġġett qed jitpoġġa għad-diskussjoni pubblika biex wara, din il-miżura tkun tista’ titwettaq.

Fil-fatt ninnutaw li d-diskussjoni dwar il-miscarriage leave li nbdiet fil-ġimgħat li għaddew jidher li diġà kellha rispons tajjeb u fil-ġimgħat li ġejjin se jkun hemm aktar sessjonijiet ta’ konsultazzjoni f’dan ir-rigward. 

Dwar din l-inizjattiva, il-Gvern Laburista diġà mpenja ruħu li se jagħmel tajjeb għall-ispejjeż kollha tagħha. Turija ta’ kemm il-qasam soċjali huwa fost l-aktar għal qalb dan il-Gvern. Miżura li meta tiddaħħal se tkun ħolqa oħra fil-kullana ta’ assistenza soċjali li pajjiżna jagħti lil min jeħtieġha. Dan huwa dritt ieħor li se jkun qed jiddaħħal għall-ħaddiema kollha f’Malta u Għawdex. 

B’żieda ma’ dan, nilqgħu wkoll l-aħbar li ngħatat mis-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali Andy Ellul fil-jiem li għaddew, dik li se jkunu qegħdin isiru l-arranġamenti neċessarji biex nisa li jgħaddu minn korriment ma jkunux fl-istess sala ma’ min ikun għadu kemm iwelled. Għalhekk dan il-pass ikompli jikkonferma kemm il-Gvern qed jisma’ l-karbiet diversi tas-soċjetà bħalma hi din ta’ meta n-nisa jkorru.

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport