Kull każ ta’ suwiċidju jew attentat ta’ suwiċidju huwa traġedja u sfortunatament din irrealtà għadna qegħdin nesperjenzawha sal-lum il-ġurnata. Qabe xejn, tajjeb li nifhmu li dan huwa suġġett mill-aktar sensittiv.
Suġġett li aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar qed ikun hemm għarfien u ħidma
dwaru hekk kif qegħdin ikomplu jiżdiedu s-servizzi ta’ għajnuna għal min jiġi bżonnhom.
Fl-isfond ta’ dan kollu, proprju llum madwar id-dinja kollha, qiegħed jiġi ċċelebrat il-Jum iddedikat għall-Prevenzjoni tas-Suwiċidju. Dan il-jum ġie stabbilit fl2003 mill-Assoċjazzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tas-Suwiċidju flimkien mal-Għaqda Dinjija tasSaħħa.
Il-messaġġ ewlieni ta’ dan il-jum huwa wieħed u ċar ħafna, dak li s-suwiċidju huwa prevenibbli. Għalkemm is-suwiċidju għandu diversi wċuħ, fortunatament pajjiżna għandu waħda mill-inqas rati ta’ suwiċidju fl-Ewropa.
Għalhekk nibqgħu nisħqu li mhux biss hemm bżonn ta’ aktar għarfien imma anke
linji gwida kif tiġi indirizzata din is-sitwazzjoni soċjali biex b’hekk jonqsu s-suwiċidji.
Biex dan il-għan jintlaħaq, il-Gvern qiegħed jaħdem biex fiżżmien li ġej iniedi l-ewwel strateġija nazzjonali speċifika għall-prevenzjoni tas-suwiċidji. Dan kien ikkonfermat mill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva nnifsu Jo Etienne
Abela li f’mistoqsija parlamentari tenna li l-Gvern hu konxju ta’ din ir-realtà u jinsab fil-proċess biex iniedi din l-istrateġija, li tindirizza wkoll il-qagħda ta’ żgħażagħ li jweġġgħu lilhom infushom sa minn etajiet żgħar.
Dan juri wkoll li għalkemm issuġġett tas-suwiċidju huwa sensittiv ħafna għax jolqot kemm lill-vittmi kif ukoll lill-familjari tagħhom, b’danakollu nifhmu li għandu jsir minn kollox, kif almenu beda jsir, biex sitwazzjonijiet fejn persuna tmut b’suwiċidju ikomplu jonqsu f’pajjiżna jekk ma tiġix eleminata għalkollox.
F’sitwazzjoni bħal din hemm bżonn li jiġi analizzat x’inhuma dawk is-sitwazzjonijiet jew sfidi li jista’ jkun qed iwasslu għal din ir-realtà. Dan biex innaqqsu kemm jista’ jkun ir-rata ta’ dawn l-imwiet.
Min-naħa l-oħra, il-General Workers’ Union tisħaq fuq il-ħarsien tas-saħħa mentali tal-ħaddiema fuq il-postijiet tax-xogħol u anke tgħin lil dawk li b’xi mod jew ieħor
jistgħu jkunu għaddejjin minn perjodu emozzjonali f’ħajjithom. Huwa importanti għalhekk li ħaddiem li jkollu problema jitkellem u ma jżommx kollox fih innifsu.
Daqstant ieħor huwa importanti wkoll li min iħaddem li jsir jaf li jkun hemm problema jieħu azzjoni immedjata li tista’ ssalva l-ħajja ta’ dak li jkun.