Sunday, December 22, 2024

SUMMIT TA’ SUĊĊESS

Aqra wkoll

Fl-aħħar jiem ittellgħa f’pajjiżna l-akbar summit ministerjali li qatt ġiet organizzata f’pajjiżna. Għalih ipparteċipaw  57 Ministru tal-Affarijiet.  Is-summit tal-Organizazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa ma  sarx fi żmien faċli. Apparti dan sena ilu, din l-organizazzjoni stess kienet fix-xifer. 

Kien hemm nuqqas ta’ konsensus. Ma setgħux jiftehmu fuq min se jmexxi din l-organizazzjoni. Kien hawn li sponta isem Malta.  Pajjiżna aċċetta din l-isfida. Minkejja kull riskju. Ir-riskji ma kienux żgħar.  Fost dawn kien hemm dik li minħabba il-problemi li kien hemm, il-Presidenza Maltija setgħet tispiċċa b’sitwazzjoni fejn din l-organizazzjoni tisfaxxa.  

Dań iżda ma ġarax. Ma seħħx għax it-tmexxija għaqlija diplomatika ta’ Malta wasslet biex fuq ammont ta’ xhur il-ħidma fl-OSCE kompliet miexja. Mhux hekk biss imma bdiet tiġi imwittija it-triq biex finalment l-organizzjoni tkompli għaddejja.

L-isforzi li saru taw il-frott. Dan għax minkejja l-problemi u t-tensjoni li  kien hemm fis-summit minħabba il-preżenza  tal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Russu,  finalment intlaħaq kunsens fuq l-uffiċjali. Dan ifisser li anke ir-Russja li tant kienet ikkritikata, ivvutat favur dan.

Illum kulħadd hu konxju fl-OSCE kemm kienet għaqlija id-deċiżjoni fl-aħħar tas-sena li għaddiet biex tkun Malta li tieħu l-presidenza.

Fuq kollox, l-għażla ta’ Malta ma waqgħetx mis-sema. Intgħażlet Malta għax ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna hi waħda għolja.  Il-leħen ta’ Malta għandu kredibilità. 

M’hemm ebda dubju li llum grazzi għal ħidma Maltija, għandna organizazzjoni tal-OSCE li tista’ taħdem u topera. Organizazzjoni aktar reżiljenti. Fuq kollox illum hi organizazzjoni li qiegħda f’possibilità li tħares ‘quddiem.

Illum hi organizazzjoni li minn xifer ta’ falliment, spiċċat qiegħda tħares ‘lquddiem. Qiegħda taħdem u għandha ippjanati għadd ta’ iniżjattivi biex minnhom igawdi l-pubbliku inġenerali. 

Dak li ġara fl-OSCE fejn minn organizazzjoni li setgħet tfalli u tispiċċa bla tmexxija,  illum qegħdin narawha tħares ‘lquddiem u tipprova ġġib il-paċi fl-Ewropa, turi ħaġa waħda.

Turi ir-rwol importanti li l-pajjiżi ż-żgħar jista’ jkollhom u turi li d-daqs mhuwiex ostaklu għat-tmexxija jew l-impatt. 

Dan hu legat ta’ Presidenza Maltija li għandna niftaħru bih. Hu legat li għandna li finalment nittamaw li jwassal għall-paċi.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport