Thursday, December 26, 2024

Sundaniż jinżamm arrestat wara li weġġa’ ħafif u hedded sitt membri tal-Pulizija waqt argument fil-Marsa

Aqra wkoll

Sudaniż li jgħix fiċ-ċentru ta’ Ħal Far inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli li waqt argument fil-Marsa, weġġa’ ħafif u hedded sitt membri tal-pulizija waqt li qam argument fil-Marsa.

Fil-Qorti ġie spjegat li l-każ seħħ s-Sibt filgħaxija, meta allegatament l-akkużat, Ali Ahmed Mohammed kellu xi jgħid ma’ xi nies fosthom missier u żewġt itfal.

Il-Prosekuzzjoni spjegat kif allegatament, Ali huwa mar fuqhom u qallhom li huma għandhom ituh mitt ewro. Ġie spjegat kif huwa ħadilhom il-mobile u telaq jiġri.

Intant il-Pulizija mill-ewwel wasslu għall-arrest ta’ Mohammed. Ingħad li dan kien aggressiv ma’ diversi uffiċjali tal-Pulizija u li ttieħdu l-Isptar Mater Dei għal osservazzjoni medika hekk kif ġie innotat li għandu bżonn.

Il-Qorti talbet li jsir eżami mediku tal-akkużat minħabba li qal li huwa muġugħ iżda ordnat li jinżamm arrestat.

Ekonomija

Sport